Lokali

Il-President Irlandiż iżur il-Belt Valletta

Il-ġurnata tal-Ġimgħa kompliet biż-żjarat statali għall-President Irlandiż, Michael Higgins li kienet tikkonsisti f’numru ta’ żjarat madwar il-Belt Valletta. Fil-fatt, l-ewwel żjara tiegħu kienet fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil fejn hemm kellu diskussjonijiet dwar ix-xogħol li jsir mill-Aġenzija u l-isfidi li jaffaċjaw.

Iktar tard, il-President Irlandiż ghadda minn Pjazza  Kastilja fejn Higgins intlaqa’ minn numru ta’ turisti Irlandiżi li xtaqu jieħdu l-opportunità biex ikelmuh.

Minn hemmhekk mexa lejn il-Barrakka ta’ Fuq akkumpanjat minn martu Sabina fejn fuq barra sab jilqghu lill-President ta’ Malta, George Vella flimkien ma’ martu.

Imbagħad, kien għal ħabta tal-kwarta meta ġew sparati tiri permezz tal-kanuni mill-Barrakka ta’ Fuq.

Intant, l-ewwel jum taż-żjara tal-President Irlandiż ġie fi tmiemu permezz ta’ ikla fis-Sacra Infermeria, fil-Belt Valletta.

Il-President George Vella laqa’ lill-President Irlandiż permezz ta’ introduzzjoni bil-lingwa Maltija.

Il-President Malti fakkar fl-istorja ta’ bejn iż-żewġ pajjiżi li tmur lura eluf ta’ snin; storja mifruxa fuq il-patrimonju kulturali u reliġjuż b’identità marittima qawwija.

Issemma’ fost l-ohrajn dak li qed iseħħ fl-Ukrajna; azzjonijiet li ġew diskritti bħala terribbli hekk kif mijiet ta’ ċivili qed jinqatlu intortament.

Biż-żewġ mexxejja jħeġġu sabiex tkompli ħidma mill-pajjiżi biex jingħataw iktar opportunitajiet liż-żgħażagħ, iħarsu u jiddefendu l-ġustizzja soċjali u jipproteġu lill-iktar komunitajiet vulnerabbli.