Futbol Sport

Jitħabbru l-finalisti għall-unur tal-Premier League Player of the Year

Tħabbru l-finalisti għall-unur prestiġjuż tal-Premier League Player of the Year, hekk kif fadal żewġ partiti għal tmiem l-istaġun. Fost il-favoriti li jirbħu dan l-unur l-attakkant ta’ Liverpool Mohammed Salah, li rebaħ l-unur tal-Football Writer’s Player of the Year, kif ukoll il-midfielder ta’ Man City Kevin De Bruyne li kellu staġun mill-aqwa mas-Citizens.

Flimkien magħhom hemm nominati wkoll Trent Alexander-Arnold ta’ Liverpool, Joao Cancelo, Son Heung-min ta’ Tottenham, Bukayo Saka ta’ Arsenal, Jarrod Bowen ta’ West Ham u James Ward-Prowse ta’ Southampton.

Il-Premier ħabbret ukoll il-finalisti għall-kowċ tas-sena b’Jurgen Klopp ta’ Liverpool u Pep Guardiola ta’ Man City jerġgħu jkunu fost il-favoriti li jirbħu dan l-unur. Flimkien magħhom hemm nominati wkoll il-kowċis ta’ Brentford Thomas Frank, il-kowċ ta’ Crsytal Palace Patrick Vieira u l-kowċ ta’ Newcastle Eddie Howe.