Lokali

Ludwig Galea b’diversi mistoqsijiet wara r-riżultat tal-Eurovision

Wara r-riżultat ferm diżappuntanti waqt is-semi-finali tal-Eurovision il-Ħamis filgħaxija, kienu ħafna dawk li uwrew id-diżappunt tagħhom u saqsew il-għala Malta ma’ rrnexxiliex sempliċiment tasal sal-finali.

Madankollu l-aktar kumment li spikka kien il-kumment tal-kantant Malti u eks parteċipant tal-Eurovision, Ludwig Galea, li fuq facebook beda jistaqsi diversi mistoqsijiet bl-għan li jiġi evalwat ir-riżultat li kisbet Malta waqt il-Eurovision tal-2022

Fuq facebook, Ludwig rrakomanda lil dawk li jinteresshom mill-eurovision biex jistaqsu 9 mistoqsijiet bl-għan li jevalwaw s-sitwazzjoni preżenti tal-mod kif Malta qiegħda tipparteċipa fl-Eurovision.

Dawn il-mistoqsijiet kienu jinkludu –

1: Wasalx iż-żmien li l-pakkett li jirrappreżentana jkun lokali kollu?

2: Kien żball li l-PBS telaq min idu il-festival u ħallih f’idejn nies li tappnu sena wara oħra ir-reputazzjoni tagħna mal-pajjiżi u l-EBU?

3: Il-livell ta’ kanzunetti sottometti għall l-għażla tal-kanzunetta biex tirrappreżenta lil Malta fil-eurovision intlaħaq?

4: Il-festival f’Malta sar biex ngħidu sar?

5: Għandha tinbidel il-kanzunetta wara li l-poplu jkun għażilha?

6: X’mar ħażin fil-prestazzjoni f’Turin?

7: Teknikament viżiv konna sodifatti?

8: Wasal iż-żmien li l-PBS jingħaqad ma entita tal-gvern (MHUX PRIVAT) bħall Festivals Malta biex jorganiżża b’mod serju il-festival?

9: Min se jkun responsbbli li jnaddaf isimna mill-ħmieġ li ħallew nies socjopatiċi li jemmnu li id-dinja mużikali ddur fuqhom?

Ludwig kompla biex jgħid fuq facebook li għandu diversi akar miistoqsijiet b’rabta mal-eurovision, iżda hemm bżonn li l-evalwazzjoni tal-eurovision issir b’mod holistiku.

Ludwig Galea stqarr li huwa importanti li min jikritika ma’ jkunx “ċuċ” u jweħħielx fil-kanzunetta u fl-artist biss, għax is-suċċess jew falliment fil-eurovision ma’ jiġiex biss minnhom. Ludwig stqarr li s-suċċess fil-eurovision jasal ukoll bi “prestazzjoni denja u Artist ta’ livell, lobbying, integrita, onesta u komunikazzjoni ġenwina ma’ dligazzjonijiet oħra, kredibilita u Rispett reċiproku ma’ l-EBU”.

Tags