Futbol Sport

Man City bi statwa u dokumentarju fl-għaxar sena mill-gowl ikoniku ta’ Sergio Aguero

Man City ikkomemoraw il-gowl ikoniku ta’ Sergio Aguero bi statwa u dokumentarju fl-għaxar sena mir-rebħ tal-ewwel Premier League. L-istatwa tfakkar l-għaxar anniversarju mill-gowl ta’ Aguero skorjaw fid-93 minuta tal-partita kontra QPR fl-istaġun 2011/12, li bih Man City rebħu l-Premier League fl-aħħar sekonda tal-aħħar partita.

Il-gowl ta’ Aguero ta bidu ġdid li Man City fejn segwew diversi snin ta’ suċċess bir-rebħ ta’ aktar kampjonati. L-attakkant Arġentin rebaħ 15-il trofew ma’ Man City u huwa wkoll ir-raba’ fil-lista tal-aqwa skorer tal-Premier League fejn skorja 184 gowl f’275 partita.

Aguero ħalla lil Man City is-sajf li għadda biex issieħeb lil Barceona qabel ma kien sfurzat jirtira minħabba kundizzjoni f’qalbu.