Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident bil-mutur

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-00:15, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li raġel ta’ 28 sena, residenti San Pawl il-Baħar waqa’ waqt li kien qiegħed isuq mutur Honda VT600 u weġġa’.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.