Lokali

Student ta’ 12-il sena jattakka student ieħor u tliet għalliema fl-iskola tan-Naxxar

L-awtoritajiet qed jinvestigaw każ li seħħ il-Ħamis, 5 ta’ Mejju fejn student ta’ 12-il sena attakka student ieħor b’mod vjolenti, bi tliet għalliema jispiċċaw isofru minn xi feriti hekk kif l-istess student weġġahom wara li pprovaw iwaqqfuh.

Jidher li kollox beda fil-grawnd tal-iskola fil-ħin tal-break.

Żewġ għalliema spiċċaw isofru minn ġrieħi ħfief filwaqt li għalliem ieħor spiċċa bin-nuċċali mkisser kawża tal-inċident.

L-iskola talbet l-għajnuna tas-servizzi ta’ protezzjoni għat-tfal, ta’ psikologu, u guidance teachers biex jevalwaw lill-istudent. Madanakollu, għalissa għad m’hemmx l-involviment tal-Pulizija.

Dan jimmarka t-tieni inċident tat-tip tiegħu fi ftit xhur hekk kif lura f’Jannar kien qed jinxtered filmat ta’ grupp ta’ studenti jatu lil studenta ta’ 12-il sena fuq barra tal-istess skola.