Lokali

Tifla tittajjar minn vann fil-Bypass ta’ Birkirkara

Tifla mill-Islovakkja kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqtet minn vettura fil-Bypass ta’ Birkirkara.

Il-każ seħħ il-Ġimgħa tard filgħodu meta għal xi raġuni mhux magħrufa, it-tifla ta’ 12-il sena spiċċat ittajret minn vann tal-għamla Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 32 sena minn Ħ’Attard.

Fil-post ġew imsejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija li għalqu t-triq għal xi ħin, kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-vittma l-isptar għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tat-tifla għadha mhux magħrufa.