Lokali

Ħsara fil-bieba tal-vapur tikkawża dewmien għall-Gozo Channel

Ftit tal-ħin ilu, waslet l-aħbar li għal darb’oħra, il-bieba tal-vapur saritilha ħsara u qed tikkawża dewmien għall-passiġieri tal-Gozo Channel. Dan wara li r-rampa tal-vapur weħlet waqt li kien dieħel fil-Port tal-Imġarr, Għawdex.

Il-ħsara fil-bieba ħolqot kummissjoni sħiħa fuq il-vapur li jivvjaġġa bejn Malta u Għawdex. Tant hu hekk li l-vapur kellu jdur bil-kontra u l-karrozzi abbort kellhom jirriversjaw lura u joħorġu mill-bieba ta’ wara tal-Vapur.

Din m’hiex l-ewwel darba li l-Gozo Channel esperjenżat dan it-tip ta’ ħsarat fuq il-vapur.

Intant, minn naħa tal-kumpanija, ma ntħarġet l-ebda stqarrija uffiċjali.