Il-Knisja f’Malta ċċelebrat l-ordinazzjoni ta’ tliet saċerdoti ġodda. L-ordinazzjoni presbiterali mill-Arċisqof Charles Scicluna saret is-Sibt filgħodu, fil-Katidral tal-Imdina.
Id-djakni li ġew ordnati saċerdoti huma Dun Sean Abela mill-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat; Dun Jean Claude Attard mill-Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn u Patri Robert Calleja mill-Ordni Franġiskana Konventwali.
Tul l-omelija tiegħu, l-Arċisqof Scicluna, fakkar kif il-mixja ta’ saċerdot hija li tkun xhieda tal-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet.
L-Arċisqof Scicluna talabhom f’isem il-Knisja biex jagħmlu ħilithom kollha ħalli jkunu l-aħbar it-tajba għal kulħadd.
Fl-aħħar jiem iċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet tas‑Seminarju qed jistieden liż‑żgħażagħ biex jirriflettu dwar il‑possibbiltà li Alla qed isejħilhom għal ħajja saċerdotali jew reliġjuża.
Infatti b’filmati qosra li ħejja ċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet ilaqqgħuna mad‑diversi esperjenzi li wasslu lil dawn it‑tliet żgħażagħ jiskopru s‑sejħa għall‑ħajja saċerdotali.
//= $special ?>