Lokali

Illejla l-finali tal-Eurovision Song Contest

Illejla f’Turin issir il-finali tas-66 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, fejn 25 pajjiż minn madwar l-Ewropa, flimkien mal-Awstralja, se jkunu qegħdin jikkontestaw f’dan il-festival tant popolari u segwit minn miljuni ta’ nies madwar id-dinja.

Fiż-żewġ Semi Finali, li nżammu t-Tlieta u l-Ħamis…. għaddew b’kollox 20 pajjiż, li llejla se jingħaqdu mal-Big 5 – Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit.

Sfortunatament pajjiżna mhux wieħed mill-finalisti fis-serata tal-lejla, wara l-eliminazzjoni tal-ambaxxatriċi Maltija Emma Muscat…li ppartecipat bil-kanzunetta ‘I am what I am’, il-Ħamis li għadda. Dan wassal ghad-diżappunt ta’ ħafna, filwaqt li l-kummenti fuq il-midja socjali ma naqsux.

Intant, skont il-bookmakers, fost il-favoriti li jirbħu l-Eurovision ta’ din is-sena insibu lill-Ukrajna bil-kanzunetta Stefania, l-Zvezja bil-kanżunetta Hold Me Closeru r-Renju Unit bil-kanzunetta Spaceman.

U minkejja li Emma Muscat ma kwalifikatx, l-interess fost l-appasjonati tal-Eurovision ghas-serata tal-lejla xorta jibqa’ wiehed kbir. Bil-punti moghtija mill-ġurija Maltija se jinqraw mill-kantant Aidan, li kklasifika fit-tieni post fil-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena bil-kanzunetta ‘Ritmu’.