Futbol Sport

Illum il-finali tal-FA Cup bejn Chelsea u Liverpool

F’Wembley Stadium illum se tintlagħab il-finali tal-FA Cup bejn Chelsea u Liverpool. Dawn iż-żewġ timijiet iltaqgħu aktar kmieni dan l-istaġun fil-finali tal-Carabao Cup, b’Liverpool dakinhar joħorġu rebbieħa. Huma se jkunu qed iħarsu li jirbħu t-tieni trofew tagħhom minn possibilita’ li jirbħu erba’ titli, fejn jinsabu fil-finali tal-UEFA Champions League u fit-taqtigħa għall-Premier League. Min-naħa l-oħra Chelsea se jkunu qed iħarsu li jtemmu dan l-istaġun bi trofew, fi staġun li kien ikkaraterizzat mir-riżenja ta’ Roman Abramovich bħala sid il-club. Din se tkun il-141 partita tal-FA Cup fl-eqdem kompetizzjoni fl-Ingilterra. Chelsea rebħu din il-kompetizzjoni 8 darbiet filwaqt li Liverpool rebħuha 7 darbiet.

FA CUP

FINALI: Chelsea v Liverpool 5:45pm