Lokali

Imtella’ wirja ta’ tjur fil-Ġnien ta’ San Anton

Tul tmiem din il-ġimgħa l-Malta Fancy Poultry and Pigeon Club qed itellgħu wirja b’numru ta’ tjur fil-Ġnien ta’ San Anton f’Ħ’Attard.

Net News is-Sibt żar din l-esebizzjoni u ħadna l-kumment ta’ Carmelo Catania li huwa l-President ta’ din l-assoċjazzjoni fejn spjeglana l-kunċett wara din il-wirja u l-ħidma ta’ dawk involuti.

Huwa qalilna wkoll x’tip ta’ tjur hemm esebiti f’din il-wirja.

Saqsejnih ukoll l-irwol tal-ġurija, u l-evalwazzjoni li tikkunsidra biex tajra tirbaħ.

Din il-wirja saret b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Ambjent u kif ukoll Ambjent Malta. Il-wirja se tibqa’ għaddejja sal-Ħadd 15 ta’ Mejju, bil-ftuħ ikun bejn it-8am u s-6pm.