Sport Sport Ieħor

Jingħata bidu għall-iSpecial Olympics Invitational Games f’Malta

Illum se ssir iċ-ċerimonja uffiċjali tal-iSpecial Olympics Invitational li qed ikun organizzata f’Malta. Il-logħob beda il-ġimgħa fid-dixxiplina tal-Bocce fil-kategoriji tas-singles u tad-doubles. Għal dawn il-logħob hawn aktar minn 1000 atleta li se jkunu qed jikkompetu f’seba’ dixxiplini differenti, li jinkludu; il-Bocce, il-Bowling, l-Atletika, l-Għawm, il-Futbol kif ukoll it-Table Tennis. Fost l-1000 atleta li se jipparteċipaw f’dawn l-Invitational Games 350 minnhom se jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta fejn ħadu sehem fil-preliminari. L-atleti se jkunu qed jirrappreżentaw 23 pajjiż differenti f’dan l-avveniment li qed isir bi tħejjija għal World Games li se jsiru fl-2023 f’Berlin.