Internazzjonali

Kriżi ta’ COVID-19 fil-Korea ta’ Fuq

Il-pandemija qed iggib maghha krizi medika ghall-Korea ta’ Fuq, hekk kif il-każi pożittivi f’dan il-pajjiż komunista splodew ‘il fuq fl-aħħar ftit jiem.

Rapporti qed jindikaw li fl-aħħar 24 siegħa, il-Covid ħasad il-ħajja ta’ 21 persuna fil-Korea ta’ Fuq….filwaqt li l-każi żdiedu b’aktar minn 174,000.

Skont Pyongyang….dawn huma l-ewwel każi rappurtati f’sentejn ta’ pandemija madwar id-dinja. Għalkemm esperti medici internazzjonali qed jghidu li din hija illużjoni, u l-Korea Komunista dejjem żammet moħbija r-realta tal-Covid – b’reżistenza assoluta għall-vaċċinazzjoni.

Intant, dejjem b’rabta mal-Covid, is-Sibt sar magħruf li l-PM ta’ New Zealand ħarġet pożittiva. Jacinda Ardern tat din l-aħbar hi stess permezz tal-mezzi soċjali, bis-sintomi tal-Covid jolqtuha b’mod moderat ħafna.