Sport Sport Ieħor

Lee Grima jikkwalifika għall-Blackball World Championships

Lee Grima kkwalifika għall-Blackball World Championships li se jsiru f’Albi fi Franza bejn it-8 u l-15 ta’ Ottubru. Grima se jkun qed jirrappreżenta lil Malta mas-Seniors Team wara li hu għeleb lil Ivan Rizzo 10-3 fil-finali tal-Visit Malta Ranking 6. Grima issa se jingħaqa ma’ Clint Azzopardi, Stephen Mangion u Jesmond Schembri li kkwalifikaw fl-ewwel ħames tournaments, biż-żewġ players oħra li se jingħaqdu magħhom, se jkunu ir-rebbieħa taż-żewġ tournaments li jmiss.