Lokali

Nhar it-Tnejn isir il-funeral ta’ Joseph Ellul

Il-funeral tal-ħaddiem tal-Wasteserv illi miet traġikament fl-inċineratur tal-Marsa aktar kmieni din il-ġimgħa, se jsir nhar it-Tnejn li ġej. Bil-familja u l-kollegi tiegħu jagħtu l-aħħar tislima lil Joseph Ellul.

Fi stqarrija, il-kumpanija Wasteserv qalet li bħala turija ta’ rispett lejn Joseph Ellul u l-familja tiegħu, nhar it-Tnejn li ġej il-faċilitajiet kollha tal-WasteServ, inkluż iċ-Ċentri għall-Iskart Goff, f’Malta u Għawdex ser ikunu magħluqa bejn is-1:30pm u t-3:30pm.

L-inċineratur fil-Marsa se jkun qed jagħlaq ukoll fis-1:30pm u jibqa’ magħluq sas-6:30pm. Dan sabiex il-kollegi u l-ħaddiema tal-Wasteserv ikunu jistgħu jagħtu l-aħħar tislima lil Joseph Ellul.