Futbol Sport

Rebħiet għal Spezia u Torino

(Ritratt: EPA)

Spezia kisbu rebħa ta’ 3-2 fuq Udinese. Kien Nahuel Molina li poġġa lil Udiense fil-vantaġġ b’Daniele Verde jġib l-iskor indaqs mal-35 minuta. Emmanuel Gyasi għamilhom 2-1 favur Spezia b’ Giulio Maggiore jagħmel l-iskor 3-1 wara l-ftuħ tat-tieni taqsima. Lejn it-tmiem Spezia fallew penalty filwaqt li Pablo Mari skorja l-gowl ta’ konsulazzjoni għal Udinese.

Torino kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Verona. Il-gowl deċiżiv f’din il-partita wasal fid-19-il minuta permezz ta’ Josip Brekalo.

Empoli u Salernitana temmew fi draw ta’ 1-1. Patrick Cutrone għamilhom 1-0 fil-31 minuta, b’Federico Bonazzoli jagħmel l-iskor indaqs fis-76 minuta. Salernitana kellhom iċ-ċans li jirbħu l-partita iżda Diego Perotti naqas milli jiskorja minn penalty.

Fi Stadio Olimpico, Roma u Venezia temmew fi draw ta’ 1-1. Kienu Venezia li fetħu l-iskor permezz ta’ David Okereke. Venezia sfaw jilagħbu bi player anqas meta tkeċċa Sofian Kiyinie. Roma ġabu l-iskor indaqs fis-76 minuta permezz ta’ Eldor Shomurodov.