Sport Sport Ieħor

Tinżamm iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Ispecial Olympics

Is-Sibt filgħaxija fil-Belt Valletta saret iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Ispecial Olympics Invitational Games li se jkunu qed isiru f’pajjizna għall-ewwel darba. F’ċerimonja mill-isbaħ, fost l-ispettaklu ħadu sehem l-atleti kollha li se jkunu qed jikkompetu. F’dawn il-logħob li jiġu fi tmiemhom nhar it-tlieta se jkunu qed jieħdu sehem 1000 atleta minn 23 pajjiż differenti. B’kollox se jkun hemm sitt dixxiplini, l-atletika, l-bocci, l-għawm, il-futbol, bowling u table tennis. Dawn il-logħob qed isiru bi tħejjija ghall-World Games li se jkunu qed isiru f’Berlin is-sena d-dieħla.