Lokali

Żagħżugħa tittajjar minn karozza fis-Swieqi

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-18:30hrs, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’ Andrija, is-Swieqi.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Bulgara ta’ 13-ilsena residenti l-Imsida ntlaqtet minn vettura Nissan March li kienet qed tinstaq minn Pollakka ta’ 34 sena residenti s-Swieqi.

Il-vittma ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġiet ċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.