Lokali Qorti

4 snin ħabs wara li kien kompliċi f’żewġ serqiet

Essid Elssaeh S. Amer ġie kkundannat 4 snin ħab, wara li ammetta li fit-3 u fis-6 ta’ Dicembru 2021 hu kien kompliċi f’serqiet minn fuq żewġ anzjani rġiel.

Amer ammetta li fit-3 ta’ Diċembru 2021 fil-Marsa kien kompliċi f’serqa fuq anzjan ta’ 71 sena u fis-6 ta’ Dicembru 2021 fil-Ħamrun kien kompliċi f’serqa ta’ mobile minn fuq anzjan ieħor ta’ 64 sena.

Waqt is-seduta fil-Qorti, l-Magistrat Rachel Montebello rrimarkat li hu kien biss il-persuna li għin u mhux il-persuna li wettaq is-serqa. Mdankollu l-Magistrat Montebello kompliet biex tgħid li dawn is-serqiet huma ferm kundannabli minħabba li Amer għin fis-serqa ta’ dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjeta.

Kien għalhekk li l-Magistrat Rachel Montebello ordnat li wara li jiskonta l-4 snin ħabs hu ma jistax jmur idejjaq liż-żewġ vittmi għal 3 snin wara li jiskonta s-sentenza tal-ħabs.

Dan filwaqt li Amer, b’ordni mill-Qorti se jkollu jipparteċipa fit-trattament ta’ 5 biex jindirizza l-vizzju tad-droga.