Sport Sport Ieħor

Atletika u Mathieu Blanchard fi Sport Extra numru 25

Illum,   mit-3.20 pm ‘l quddiem fuq NetTV jixxandar il-25 programm ‘Sport Extra’ fejn fl-ewwel parti tal-programm l-enfażi fuq l-atletika. Fil-11 ta’ Ġunju, Athletics Malta se torganizza il-Kampjonati tal-Atletika għall-Istati Żgħar tal-Ewropa. Charles Camenzuli f’dawn il-ġranet intervista lil MARIO BONELLO  – Direttur Tekniku ta’ Athletics Malta b’enfażi dwar il-preparazzjoni tal-atleti Maltin u dwar x’wieħed jistenna minn dawn il-Kampjonati.

Fit-tieni parti tal-programm il-mistieden prinċipali huwa MATHIEU BLANCHARD wieħed mill-aqwa atleti ultra – trail fid-dinja. Intervista esklussiva għal Sport Extra ftit qabel ħa sehem fl-Xterra Gozo Trail fejn rebaħ wkoll il-kategorija ta’ 50 kilometru.

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Ramon Farrugia.