Kumer Vineet, Indjan ta’ 31 sena, ammetta fil-Qorti quddiem il-Magistrat Gabriella Vella li ffilmja bil-mobile lil numru ta’ nisa li kienu qiegħdin ibiddlu f’ħanut tal-ħwejjeġ f’Tas-Sliema.
Matul is-seduta Kumer deher imbikkem waqt li kien qiegħed jwieġeb ħati għall-akkużi miġjubin kontrih, filwaqt li talab il-maħfra għal dak li għamel.
L-Ispettur Jonathan Ransley stqarr waqt is-seduta fil-Qorti li Kumer ammetta mill-ewwel għal dak li għamel u saħansitra kkopera mal-Pulizija matul il-każ.
Il-Magistrat Gabriella Vella kkundannatu għal sentejn ħabs sospoiżi għal 4 snin u hu se jispiċċa jitlef l-impieg tiegħu gġax ser ikun deportat lura lejn pajjiżu.
//= $special ?>