Futbol Sport

Illum, il-finali tal-FA Trophy bejn Valletta u Floriana

(Ritratt: MFA)

Il-Ħadd fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali fil-5.00pm, Valletta u Floriana se jkunu qed jilagħbu kontra xulxin fil-finali tal-FA Trophy. Din se tkun id-disa darba li dawn iż-żewġ timijiet se jkun qed jiltaqgħu kontra xulxin fil-finali.

Sabiex waslu s’hawn Floriana eliminaw lil Għajnsielem, St. George’s, Birkirkara u Hibernians filwaqt li Valletta eliminaw lil Marsaskala, Tarxien Rainbows, Marsaxlokk u Santa Lucia.

L-aħħar darba li dawn iż-żewġ timijiet iltaqgħu kontra xulxin kien fl-2011 meta dakinhar Floriana kienu rebħu l-finali bl-iskor ta’ 1-0. Fil-partita tal-Ħadd rebħu għal Floriana tkun tfisser li huma jkunu rebħu dan l-unur għall-21 darba filwaqt li għal Valletta dan ikun il-15 -il darba li rebħu dan it-trofew.