Ewropa Internazzjonali

Ir-rebbieħ tal-Eurovision lura f’pajjiżu biex jingħaqad mal-armata Ukrena

Il-frontman tal-Orkestra Kalush li rebaħ il-konkors tal-Eurovision is-Sibt filgħaxija qasam bewsa mat-tfajla tiegħu biex jingħaqad mal-ewwel fil-gwerra li għaddejja mill-Ukrajna kontra r-Russja. Oleg Psiuk, il-band leader tal-grupp folk rap, il-Ħadd, ħaddan it-tfajla tiegħu Oleksandra barra l-lukanda li kien fih f’Turin, l-Italja hekk kif telaq jiddefendi lill-Ukrajna mill-President Vladimir Putin.

Liebes il-kappell roża tal-firma tiegħu u jġorr barżakka, l-oġġetti personali ta’ Psiuk tpoġġew f’Taxi lest biex imur lejn l-ajruport. Is-Sibt, filgħaxija, il-President Zelensky wiegħed li se jorganizza l-Eurovision f’Mariupol is-sena d-dieħla wara li appoġġ kbir mill-pubbliku Ewropew wassal lill-Ukrajna lejn ir-rebħa.

In-nazzjon mifni bil-gwerra spiċċa b’631 punt filwaqt li r-Renju Unit spiċċa t-tieni b’466 punt. Spanja spiċċaw it-tielet b’459 bl-Isvezja fir-raba’ b’438. Volodymyr Zelensky kien pront biex faħħar ir-rebħa – u saħansitra ħalef li se jorganizza l-kompetizzjoni tas-sena d-dieħla f’Mariupol, minkejja li l-belt kienet assedjata mill-forzi Russi.

Huwa qal: ‘Il-kuraġġ tagħna mpressjona lid-dinja, il-mużika tagħna rebħet l-Ewropa. Is-sena d-dieħla l-Ukrajna se tospita l-Eurovision. “Għat-tielet darba fl-istorja tagħha u, nemmen, mhux l-aħħar. Aħna se nagħmlu l-almu tagħna biex xi darba nospitaw lill-parteċipanti u l-mistednin tal-Eurovision fl-Ukraina u ġewwa Mariupol. Ħieles u mibni mill-ġdid.

‘Nirringrazzja lill-Orkestra Kalush ta’ din ir-rebħa u lil kull min tana l-vot. Jiena ċert li r-rebħa tinsab fil-qrib wara din il-battalja. Glorja lill-Ukrajna.’ Ir-riżultati tal-Eurovision huma messaġġ ta’ sfida għal Vladimir Putin hekk kif is-suċċess tal-Ukrajna kien segwit minn tieni post stupend għar-Renju Unit.

-Gran Brittanja, alleata soda tal-Ukrajna ta’ Zelensky matul l-invażjoni Russa, kważi kisbet rebħa soprendenti fejn kienet il-favorita tal-ġurija. Imma l-pubblika dawwar kollox. B’kuntrast, il-Ġermanja u Franza, li l-mexxejja tagħhom ġew ikkritikati talli ma kinux iebsa biżżejjed fuq l-aggressjoni tar-Russja, ġew fl-aħħar postijiet fil-konkors ta’ din is-sena.

Meta tkellem dwar ir-rebħa tal-band permezz ta’ konferenza stampa livestream, il-frontman Psiuk qal: ‘Nixtiequ nirringrazzjaw lil kulħadd talli vvota għall-Ukrajna – din ir-rebħa tfisser ħafna għalina. Din ir-rebħa se tgħolli l-ispirtu u twassal għal aktar rebħiet fuq il-fronti kollha.’

Psiuk qal ukoll li l-band se tiċċelebra r-rebħa tal-Eurovision ‘wara l-gwerra’, u żied: ‘In-nies qed jinqatlu fil-gwerra jew jiġġieldu fil-gwerra jew jitilfu l-impjieg tagħhom fl-Ukrajna, mhuwiex verament l-aħjar sfond għaċ-ċelebrazzjonijiet.’ Żied jgħid: ‘Il-kultura tagħna hija taħt attakk. Is-Sibt filgħaxija ridna nippreżentaw il-mużika tagħna lid-dinja.

Il-kanzunetta tal-Eurovision ktibta għal ommi sa minn qabel il-gwerra – iżda wara, bdiet tieħu tifsira differenti għal nies differenti. ‘Se mmur lura d-dar hekk kif inmexxi organizzazzjoni ta’ volontarjat li tgħin lir-refuġjati bl-ikel, l-akkomodazzjoni, u l-medikazzjoni. Jien se nkompli nagħmel hekk. Se nospitaw il-Eurovision f’Ukrajna li se terġa’ tinbena, fżpajjiż li se jkun kuntent.

il-grupp Kalush ta interpretazzjoni emozzjonali tal-kanzunetta tagħhom Stefania, li saret l-innu tal-gwerra għall-Ukrajna matul l-invażjoni. Meta rċevew it-trofew tant mixtieq, il-band qal: ‘Grazzi talli appoġġajtu lill-Ukrajna. Din ir-rebħa hija għal kull Ukren. “Slava Ukraina”.’