Rugby Sport

It-tim Malti jegħleb lil Montenegro fil-Medieval Shield

It-tim Malti tar-Rugby League kiseb rebħa ta’ 66-6 fuq il-Montenegro biex rebħu l-ewwel edizzjoni tal-Medieval Shield li ntlagħbet fil-ground tal-Mosta FC. Malta rnexxielhom jagħmlu 12-il try, biż-żagħżugħ ta’ 16-il sena Jarrod Sammut ikun il-protagonist bi 30 punt. It-tim Malti daħal għal din il-partita fil-15-il post tar-rankings internazzjonali bl-assistenti kowċ u t-Team Manager, Anthony Micallef hemm diskussjonijiet għal aktar partiti matul is-sajf fl-Ewropa kif ukoll fl-Awstralja.

Malta: Andrew Muscat, Cameron Gatt, Zarrin Galea, Josh Gatt, James Grech, Karl Cassar, Jarrod Sammut, Dean Zammit, Robin Cutajar, Jean Pierre Zarb, Kane Dimech, Chris Mercieca, Joe Briggs, Kyle Gauci, Mark Camilleri, Nicholas Vella, Nathan Gatt

Montenegro: Goran Vujovic, Boban Banjevic, Bogdan Raicevic, Burim Brahimi, Ilija Ivanovic, Srdjan Popovic, Mitar Boskovic, Danilo Kosanovic, Atanas Trimcheski, Nikola Vasic, Elvis Cemaj, Igor Adzaip, Balsa Zarkovic, Vladan Celebic, Jovan Petrovic, Redzep Baljaj, Janko Milovic