Fin-National Sports Centre f’Douglas, Isle of Man saret il-preżentazzjoni lit-tim Nazzjonali Malti tan-Netball wara li kiseb riżultat mill-aqwa meta temm fil-ħames post fil-klassifika ġenerali tal-Edizzjoni 2022 tal-European Netball Open Challenge. It-tim Malti mmexxi minn Mariella Baldacchino wara li fl-ewwel żewġ partiti minn Grupp B mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tilef 70 – 34 kontra l-Emirati Għarab Magħquda u 58 – 21 kontra r-Repubblika tal-Irlanda, fl-aħħar partita tal-Grupp kiseb l-ewwel rebħa 48 – 26 kontra l-Iżrael. Fir-rawnd ta’wara f’partita li ddomina għal kollox it-tim Malti għeleb 57 – 34 lil Iżvizzera sabiex ikkwalifika għal partita ta’ klassifikazzjoni għal ħames post kontra l-Gżejjer Cayman. F’partita mill-aktar ibbilanċjata it-tim Malti rebaħ 47 – 35 biex kiseb it-tielet rebħa konsekuttiva minn ħames partiti.
//= $special ?>It-tim Malti jtemm fil-ħames post fil-European Netball Open Challenge
15 ta' Mejju 2022