Sport Sport Ieħor

Jidħlu fix-xena wkoll iż-żwiemel tal-klassi Premier

Kenneth Vella

Il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa ngħata l-bidu għall-kampjonat Prix De Vincennes għal żwiemel Franċiżi tal-klassi Premier. Dan permezz ta’ erba’ heats fuq distanza qasira ta’ 2140m. Minnhom 24 żiemel għaddew għas-semifinali. Dan il-kampjonat bħal oħrajn għal żwiemel Franċiżi qiegħed jiġu organizzati bl-appoġġ tal-Assoċjazzjoni Franċiża Le Trot.

Fl-ewwel heat Premier, id-debuttant Dandy De Grodel (Michael Ellul) li kien għal ħafna ħin quddiem, inqabeż fuq il-linja finali minn Dunbar (Redent Magro). Dunbar b’hekk ħa t-tieni rebħa tas-sena b’Virus (Charles Degiorgio), Djembe Du Pont (Jesmar Gafa’), Cimarron (Noel Baldacchino) u Ciel Boreal (Carmelo Farrugia) ukoll jagħmluha għas-semifinali.

Coumba Kuky (George Attard) irreġistrat l-ewwel rebħa f’pajjiżna wara li ħaffet fil-pass 600m mil-linja finali tat-tieni heat tal-aqwa klassi. Din temmet rebbieħa b’tul u nofs minn Doudou De Bouere (Jean Claude Pace), Dream De Lasserie (Clint Vassallo), Crack Du Tillet (Andrew Farrugia), Crusoe d’Anama (Charles Camilleri) u Capitaine France (Rodney Gatt).

Fit-tielet heat Premier kien Aster Des Caillons (Charles Degiorgio) li akkwista l-ewwel rebħa staġjonali wara sensiela ta’ riżultati deludenti. Dan kien il-ħin kollu quddiem u temm rebbieħ wara li fl-aħħar metri kkontrolla l-assalti ta’ Dream (Ludvic Ghigo) u Baxter Du Klau (Noel Baldacchino). Alf De Melandre (Rodney Gatt) u Bolero Du Sablier (Clint Vassallo) għamluha wkoll għas-semifinali.

Bambino Des Flots (Noel Baldacchino) ħa t-tieni rebħa f’Malta fir-raba’ u l-aħħar heat Premier. Dan il-Franċiż ma kellu l-ebda sfida fl-aħħar metri u qasam il-linja finali l-ewwel minn Be Bop Meslois (Herman McKay), Coeur De Loup (Rodney Gatt), Vichenko Chef (Paul Galea), Vangiskan Scott (Charles Camilleri) u Cristal Pierji (George Attard). Bambino Des Flots irreġistra l-aħjar medja fil-heats Premier, dik ta’ 1.13.8” fil-kilometru.

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1.  Cooper Club (S. Schembri) Ħin – 2.41” (1.15.2”) 2. Baron De Neuilliac (C. Camilleri) 3. Gipsy De Granou (S. Vella) 4. Falcon Du Hamel (P. Galea) 5. Fox Trot Maybe (M. Debono)

II Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Festin d’Avenir (D. Baldacchino) Ħin – 2.42.7” (1.16”) 2. Amenophis Du Lilas (D. Cortis) 3. Calin Du Reynard (R. Gatt) 4. Eole Chatho (J. Gafa’) 5. Globe Du Chatelet (J. Buttigieg)

III Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Doora (Cherise Farrugia) Ħin – 2.40.9” (1.15.2”) 2. Borib Du Randou (D. Hili) 3. Bolide Atout (J. Pisani) 4. Hardi Du Doubs (Ch. Gauci) 5. Gabin De See (P. Galea)

IV Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Drakkar Cleville (K. Saliba)  Ħin – 2.41.8” (1.15.6”) 2. First Oaks (B. Camilleri) 3. Atoll Du Sud Ouest (N. Barbara) 4. Fox Trot Du Stade (J. C. Pace) 5.  Vaillant Marceaux (C. Vella)

V Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. French Actic (N. Baldacchino) Ħin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) 3. Guarda (M. Mifsud) 4. Fine Delo (J. Gafa’) 5. Felin De Christal (S. Schembri)

VI Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Dunbar (R. Magro) Ħin – 2.39” (1.14.3”) 2. Dandy De Godrel (M. Ellul) 3. Virus (Ch. Degiorgio) 4. Djembe Du Pont (J. Gafa’) 5. Cimarron (N. Baldacchino) 6. Ciel Boreal (C. Farrugia)

VII Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Coumba Kuky (G. Attard) Ħin – 2.39.7” (1.14.6”) 2. Doudou De Bouere (J.C. Pace) 3. Dream De Lasserie (C. Vassallo) 4. Crack Du Tillet (A. Farrugia) 5. Crusoe d’Anama (C. Camilleri) 6. Capitaine France (R. Gatt)

VIII Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Aster Des Caillons (Ch. Degiorgio) Ħin – 2.41.4” (1.15.4”) 2. Dream (L. Ghigo) 3. Baxter Du Klau (N. Baldacchino) 4. Baron De Majuag (A. Grech) 5. Alf De Melandre (R. Gatt) 6. Bolero Du Sablier (C. Vassallo) 

IX Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Bambino Des Flots (N. Baldacchino) Ħin – 2.37.9” (1.13.8”) 2. Be Bop Meslois (H. McKay) 3. Coeur De Loup (R. Gatt) 4. Vickenko Chef (P. Galea) 5. Vangiskan Scott (C. Camilleri) 6. Cristal Pierji (G. Attard)

X Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Eclair Winner (S. Vella) Ħin – 2.43” (1.16.2”) 2. Bellino Verderie (N. Barbara) 3. Django Lover (K. Agius) 4. Duc Des Loyaux (J. Carabott) 5. Udjayin (C. Caruana)