Sport Sport Ieħor

Jidħlu fl-azzjoni aktar atleti fis-sitt dixxiplini fl-iSpecial Olympics Invitational Games

Wara ċ-ċerimonja tal-ftuħ is-Sibt filgħaxija, il-Ħadd daħlu fl-azzjoni diversi atleti fis-sitt dixxiplini li se jkunu qed jikkompetu fihom fl-iSpecial Olympics Invitational Games.

Fl-Atletika, Matthew Buhagiar rebaħ id-diviżjoni tal-long jump b’abża ta 4.69 metru segwit minn minn Din Malachi tal-Iżrael b’qabża ta’ 4.59 metri u Johnny Robinson tal-Istati Uniti b’qabża ta’ 4.43 metri.

Intlagħabu wkoll l-ewwel partiti mit-Ten Pin Bowling b’riżultati pożittiv għall-Maltin Amanda Cini, Peter Mallia, Philip Gruppetta, Jessica Farrugia kif ukoll għal Rachel Chircop.

Fil-Marsa Sports ground intlagħabu beda jintlagħab ukoll il-futbol fejn qed jintlagħab l-partiti fuq pitches tal-5 a-side, bi 72 player mqassmu f’disa’ timijiet mistennija jikkompetu f’dan l-isport. It-tim nazzjonali Malti se jkun magħmul minn 14-il player maqsuma f’żewġ timijiet, immexxija mill-kowċ Noel Azzopardi.

It-tim Malta Red kisbu żewġ rebħiet, b’rebħa ta’ 2-1 kontra San Marino u rebħa ta’ 1-0 fuq Isle of Man. It-im Malti White, min-naħa l-oħra tilfu l-ewwel partita kontra Isle of Man b’riżultat ta’ 2-0 u għelbu lil San Marino bi skor ta’ 3-0.

Bdew ukoll l-avvenimenti fl-Għawm bil-heats fil-25 metru backstroke, bir-rebbieħa jkunu Melissa Mancini u Omar Santini ta’ San Marino u l-Maltin Faith Scicluna u nicole Caruana.

Fit-table tennis it-tim Malti A tad-doubles magħmul minn Jacob Galea u Samuel Borg tilef kontra l-Ungerija 2-0 u kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra l-Awstrija. Min-naħa l-oħra telfa għat-tim Malti B magħmul minn Christabel Borg u Anthea Cutajar bl-iskor ta’ 2-1 kontra l-istess Awstrija.

Fl-Atletika inżammu wkoll erba’ heats b’Samuel Farrugia jtemm fl-ewwel post overall b’ħin ta’ 14.21 sekondi segwit minn Joris Caekebeke, Ryan Axisa u Gilmore Borg.

Intant tkompliet ukoll id-dixxiplina tal-Bocce li waslet fit-tielet jum tagħha hekk kif il-logħob f’din id-dixxiplina beda matul il-jum tal-Ġimgħa.