Lokali

“L-istudenti għandhom ikollhom edukazzjoni ‘l bogħod minn dik akkademika”

Tingħata unur talli marret lil hinn mid-doveri tagħha

Għal din is-sena, ir-Rikonoxximent għal Servizz ta’ Kwalità ngħata lil Janice Darmanin tal-ħidma impekkabli li saret minnha bħala Assistenta Kap fl-iskola SS Primarja tal-Ħamrun.

Net News iltaqa’ mal-eks preżentrattiċi ta’ NET TV, Janice li spjegatilna kemm dan l-unur ifisser għaliha, unur li qatt ma ħadmet għalih iżda għamlitu għax verament trid tara soċjetà aħjar billi ħadmet lil hinn mid-doveri tagħha.

Fil-fatt, Janice temmen li l-edukazzjoni tat-tfal għandha tmur lil hinn minn dik akkademika u tiffoka wkoll fuq l-emozzjonijiet li t-tfal jgħaddu minnhom ta’ kuljum.

U dan kien jiġi applikat f’din l-istess skola mill-edukaturi kollha.

Illum il-ġurnata, Janice taħdem fuq skala ikbar fejn permezz tar-riċerka tista’ tgħin lill-edukaturi kif għandhom itejbu t-tgħalim tagħhom biex fl-aħħar mill-aħħar l-istudenti jikbru indipendenti.