Lokali

L-Ukrajna tirbaħ il-Eurovision ta’ din is-sena

Hekk kif ftit tal-minuti ilu għadha kif ġiet fi tmiema s-serata finali tas-66 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, ġie mħabbar li l-Ukrajna bil-kanzunetta ‘Stefania’ rebħet dan il-festival internazzjonali li sar f’Palo d’Olimpico f’Turin.

Il-kanzunetta tal-Ukrajna ‘Stefania’ kienet interpretata minn Kalush Orchestra fejn akkwistat 631 vot.

L-Ukrajna bil-kanzunetta Stefania

Ir-Renju Unit bil-kanzunetta ‘Space man’ ġiet fit-tieni post b’466 vot, filwaqt li Spanja bil-kanzunetta ‘SloMo’ ġiet fit-tielet post b’459 vot.

Ir-Renju Unit bil-kanzunetta Space Man
Spanja bil-kanzunetta SloMo

Fost l-attrazzjonijiet ewlenin tas-serata kien hemm ix–show ta’ ftit minuti li tat il-kantanta popolari Laura Pausini fil-bidu tas-serata kif ukoll ix-Show tal-kantant rinomat Mika. Dawn iż-żewġ partijiet tal-ispettaklu tal-lejla rċievew numru konsiderevoli ta’ kummenti fuq il-media soċjali.

Il-messaġġ tal-kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision 2022

Il-kanzunetta rebbieħa tal-Ukrajna bl-isem ‘Stefania’, kantata minn Kalush Orchestra hija kanzunetta iddedikata lil omm Oleh Psiuk, il-kantant prinċipali ta’ din il-band. Il-lirika tirringrazzjaha għall-kura altruista u l-imħabba bla kundizzjoni li offriet din l-omm lil binha, b’idejn iebsa iżda mimlija imħabba.

Miktubha qabel il-gwerra, din il-kanzunetta issa ħadet tifsira ġdida: issa tinvoka lil Omm l-Ukrajna li tieħu ħsieb uliedha, li pre’żenatment qegħdin jiġġieldu għal-libertà u d-dritt tagħhom li jeżistu, hekk kif l-Ukrajna tinsab fi Gwerra mar-Russja.

Waqt il-wirja eċċezzjonali li taw Kalush Orchestra, wieħed seta’ jinnota għajnejn Stefania, l-omm li tidher tibki hekk kif b’idejha tidher tħannen lil binha.

Ir-Rebbieħa tal-Eurovision 2022 – L-Ukrajna

L-istorja tal-Ukrajna fil-Eurovision

L-Ukrajna daħlet għall-ewwel darba fil-Eurovision Song Contest fl-2003 u malajr saret wieħed mill-aktar pajjiżi li kiseb suċċess f’din il-kompetizzjoni tant popolari mad-dinja kollha.

Fi 15-il dehra fil-Eurovision Song Contest, l-Ukrajna dejjem irnexxilha tgħaddi għas-serati finali. Filfatt, f’9 minn dawk l-14-il dehra, l-Ukrajna spiċċat mal-ewwel 10. F’5 oħra, l-Ukrajna spiċċat mal-ewwel 3, kif ukoll irnexxilha tikseb it-titlu ta’ rebbieża ta’dan il-Festival għal darbtejn.

Fl-2004, il-kantanta Ruslana irnexxilha tirbaħ dan il-konkors għal-ewwel darba fl-2004 bil-kanzunetta ‘Wild Dancers’, u eventwalment il-Konkors sar fil-kapitali Kyiv is-sena ta’ wara. Imbagħad fl-2016, il-kantanta Jamala kisbet it-tieni rebħa għall-Ukrajna fil-Eurovision Song Contest fl-2016, bil-kanzunetta ‘1944’.

Ir-Rebbieħa tal-Eurovision Song Contest fl-2004: Ruslana bil-kanzunetta ‘Wild Dancers’
Ir-Rebbieħa tal-Eurovision Song Contest fl-2016: Jamala bil-kanzunetta ;1944′