Lokali

Proġett tal-Gvern li se jeqred art verġni

Proġett tal-Gvern se jkun qed jeqred art verġni minkejja li qabel l-elezzjoni Roberta Abela nnifsu kien wiegħed li din l-istess art issir ODZ.

Dan il-proġett, li skont il-pjanti mistenni jkollu l-kobor ta’ madwar sitt grawnds u nofs tal-futbol, qed ikun meqjus mir-residenti u tal-madwar li l-Ħadd filgħodu nġabru fi protesta, bħala inġustizzja hekk kif ix-xagħri f’Wied Żnuber se jittieħed mingħand il-ħafna biex jingħata l-ftit.

U dan saħqu bosta… b’riżultat li s-serenità se tintilef kompletament hekk kif se jkun qed iġib miegħu ħafna storbju u dawl…. b’numru ta’ residenti, għaqdiet u saħansitra s-Sindku Laburista ta’ Birżebbuġa, Scott Camilleri preżenti bi ħġarhom għal protesta kontra dan l-iżvilupp.

Net News tkellem ma’ membru tal-Għaqda Storja u Kultura ta’ Birżebbuġa, Conrad D’Amato fejn spjega iktar fid-dettall il-ħsara li dan il-mitjar se jkun qed jagħmel.

Matul l-aħħar kampanja elettorali, Robert Abela nnifsu wiegħed li s-sit ta’ Wied Żnuber isir ODZ… liema wiegħda tidher li mhux se titwettaq, anzi se ssirilha ħsara rriperabbli.

Is-Sindku Laburista ta’ Birżebbuġa, Scott Camilleri qal li l-Kunsill Lokali ma kienx mgħarraf b’dan l-iżvilupp u kien biss minn rapporti tal-midja li skopra b’dan il-proġett enormi.

Hu qal kif is-sit storiku tad-Dolmen se jiġi midfun minflok jitħalla jitgawda minn dawk li jkollhom bżonn ftit ħin ta’ mistrih ‘il bogħod mill-ħajja mgħaġla ta’ kuljum.

Dawk preżenti fakkru kif kemm is-sit storiku u anke sit natura 2000 li hemm tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod se jispiċċaw isofru minn ħsarat kbar.

Kien fid-dawl ta’ dan li appellaw biex jitħassar il-ftehim li qed jagħti din l-art tal-poplu għal ftit minn nies… u b’hekk għandu jibda proċess biex minflok tinbidel f’art ODZ biex l-ebda żvilupp ma jsir fuqha.

Membri ta’ Moviment Graffitti, l-Għaqda Din l-Art Ħelwa u l-Għaqda Storja u Kultura ta’ Birżebbuġa saħqu li din il-lokalità se tispiċċa tara ajruplani żgħar minflok għasafar itiru mal-madwar.

Minkejja l-iktar statistika riċenti ta’ EuroStat li saret fl-2018, li ċertament fl-aħħar 3 snin u nofs…dawn iċ-ċifri żdiedu…in-numri juru li Malta għandha 27.5% tal-art meħuda minn bini, meta mqabbla mat-tieni u t-tielet pajjiżi fl-Ewropa, l-Olanda, 12.6% u l-Belġju, 11.7%.

Għaldaqstant b’mod mill-aktar inevitabbli tqum domanda ċara u tonda…la darba Robert Abela mhux se jżomm kelmtu ma din il-wegħda li għamel…..liem wegħda oħra l-Labour ta’ Abela se jogħġbu ma jonorax?