Il-Belġjan Thomas de Gendt rebaħ it-tmien stadju tal-Giro d’Italia meta f’Napli ħareġ rebbieħ fl-aħħar sprint. Din hija l-ħames darba li de Gendt rebaħ stadju fil-Giro, għaxar snin wara l-ewwel wieħed. L-Ispanjol Juan Pedro Lopez rnexxielu jżomm il-flokk ir-roża. Il-Franċiż Guillaume Martin kien parti mill-grupp li nqata’ fl-ewwel parti biex spiċċa tliet minuti qabel il-peloton u tela’ mill-14-il post għar-raba’ post, fil-klassifika ġenerali. Intant fit-tieni post tal-klassifika ġenerali hemm Lennard Kamnda ta’ Bora-Hansgrohe u Rein Taaramae ta’ Intermarche-Wanty-Gobert.
//= $special ?>Thomas de Gendt jirbaħ it-tmien stadju tal-Giro d’Italia
15 ta' Mejju 2022