Żewġ sewwieqa jinħarġu lliberati wara li ma ġiex stabbilit liema minnhom ikkaġuna l-mewt ta’ Philip Christopher Attard Scott, li nqatel fil-limiti ta’ Ħal Luqa fl-2014 għas-6.45am.
Quddiem il-Magistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit, James Micallef u Warren Cassar ġew mixlijin li saqu l-karozzi tagħhom b’mod traskurat u li kkaġunaw il-mewt tal-vittma.
Phili Christopher Attard Scott inqatel wara li ntlaqat minn karozza tat-tip Opel Corsa li kienet misjuqa minn Warren Cassar u eżatt wara għaddiet karozza minn fuqu tat-tip Ford Escort li kienet misjuqa minn James Micallef. Aktar tard sarietlu Awtopsja fejn irriżulta li Scott kien sofra minn divers iskur f’rasu u kien spiċċa miet l-għada tal-inċident.
Madankollu t-tabib li eżamina lill-Scott sab ukoll li l-vittma kellu fis-sistema tiegħu diversi traċċi ta’ alchohol, kokaina, amfetamina u opiates li setgħu affetwaw id-deċiżjonijiet ta’ Scott qabel ma miet fl-inċident.
Diversi rapporti uwrew kif in-nies li kienu fuq il-post spiċċaw jmorru jerfgħu l-karozza minn fuq Scott, fost ħafna xita u dlam.
Wata li nstemgħa l-każ il-Magistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit rrimarkat li l-vittma kellu joqod attent, speċjalment minħabba li qbel l-inċident kien hemm id-dlam u x-xita, speċjalment ukoll jekk kien fuq l-effet tad-droga u x-xorb.
Stafrace Zammit qalet li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija uwrew li s-sewwieqa ma’ kienux qiegħdin jsuqu b’mod traskurat jew b’veloċita eċċessiva. Dan filwaqt li ma’ setgħax jiġi determinat jekk ma’ kienitx l-ewwel jew it-tieni daqqa li qatlet lill-vittma.
Minħabba dawn il-fatti l-Qorti lliberat lil James Micallef, u lil Warren Cassar sabitu ħati li ħarab mill-post wara l-inċident, b’Micallef jispiċċa jingħata multa ta’ 50 ewro.
//= $special ?>