Lokali

64 każ ġdid ta’ COVID-19

Skont l-aħħar ‘data’ ippubblikata, fl-aħħar 24 siegħa, f’pajjiżna nstabu 64 każ ġdid ta’ COVID-19 filwaqt li 106 fiequ mill-virus biex b’hekk il-każi attivi komplew jinżlu u issa jammontaw għal 2,281.

It-total ta’ imwiet bil-Coronavirus baqa’ 713, hekk kif b’xorti tajba, fl-aħħar sigħat, ħadd ma tilef ħajtu bil-virus.

Id-data ppublikata mill-awtoritajiet ma tinkludix dettalji ta’ kemm hemm persuni fl-isptarijiet li għandhom kumplikazzjonijiet bil-Coronavirus.

Dawn l-aħħar dettalji tas-sitwazzjoni tal-Pandemija f’pajjiżna jaslu fil-jum li fih m’għadux aktar obligatorju li jintlibsu maskri fuq l-ajruplani li jitilqu minn jew ikunu ġejjin lejn Malta.