Sport Sport Ieħor

Aktar riżultati pożittivi għall-atelti Maltin fl-iSpecial Olympics Invitational Games

Ġurnata impenjattiva fit-Ten Pin Bowling bil-kategorija tas-Singles, meta saret it-tieni ġurnata tal-kompoetizzjoni fl-Eden Superbowl bil-kategorija tad-Doubles.Kategorija maqsuma fi 3 gruppi.  L-ewwel grupp magħmul minn 24 atleta li lagħbu fuq medda ta 12 -il lane.

It-tieni grupp magħmul minn 20 atleta lagħbu fuq medda ta’ 10 lanes. Attendiet għal-logħob Graziella Galea, Kelliema għal Partit Nazzjonalistagħall-Inklużjoni u l-Volontarjat, Responsabbli mill-Inklużjoni, il-persuni b’diżabilità u s-settur tal-volontarjat fejn iltaqgħet mal-atleti li qed jieħdu sehem fil-Logħob.

Dominju mill-partecipanti Maltin fil-Bocce b’ Mark Agius u Jean Paul Galea għelbu lil Belġju u lill-Emirati Arab Magħquda 6-1 u 4-2 rispettivament.

F’konfront bejn żewġ koppji Maltin Brian Muscat u Alex Schembri għelbu lil John Vella u Joseph Borg 5-4 u għelbu wkoll lil Franza 3-1. Vella u Borg rebħu kontra koppja Maltin oħra James Vassallo u Robert Vidal 6-5.

Fit-tieni ġurnata tal-Ispecial Olympics Invitational Games fl-Atletika ġurnata b’ riżultati pożittivi mill-Maltin fosthom fil-50m mixed fejn Laura Abela temmet fit-tieni post segwita minn Gianni Abdilla filwaqt li fl-istess event f’kategorija oħra kellna lil Robert Camilleri li spiċċa wara t-Taljana Florentina Buccheri.

Riżultat pożittiv ferm għall-atleti Maltin fil-100 metru b’Matthew Bugeja jtemm fl-ewwel post, segwit minn Gilmour Borg u Samuel Farrugia fit-tielet post. Fil-100 metru Isaac Meli temm fl-ewwel post, b’Alec Falzon ukoll itemm fl-ewwel post segwit minn Cody Buhagiar.

Ann-Marie Bugeja temmet fit-tielet post fil-mitt metru tan-nisa u Rebecca Dalli ttemm fir-raba’ post. Fl-400 metru kienet Naomi Axisa li temmet fit-tielet post, b’Jake Gatt jiġi fl-ewwel post, segwit minn Kyle Gatt fit-tieni post u Gareth Borg fir-raba’ post.

Fil-field event fix-shot put 4kg tal-Irġiel il-Malti Jerome Nwoko mhux biss rebaħ id-deheb imma għamel l-aħjar tefa’ tiegħu. Mattheus Muscat kiseb il-midalja tal-fidda .

Fil-kategorija tan-nisa shot put 3kg midalja tad-deheb intrebħet mill-atleta Nea Tilli tal-fillandja segwita minn Ann Marie Bugeja .

Fil-Futbol Malta Whites rebħu l ewwel partita tagħhom kontra Isle of Man 1-0 b’gowl ta’ Carmelo Pace. Malta Reds rebħu wkoll bl-istess skor kontra Isle of Man . It-tim Malti safa’ megħlub 5 – 1 mill-Ungerija b’Carmelo Pace jiskorja għal Malta. F’partiti ohra Awstrija rebħu lil Liechtenstein 6-0, Ungerija 6 San Marino 0 . Ġibiltà 4 Iżrael 0

Malta Reds temmew fl-ewwel post tal-klassifika ta’ grupp A meta kisbu għaxar punti minn erba’ logħbiet.

Fil-Kumpless tal-Universita f’Tal Qroqq fit-tieni ġurnata tat-Table Tennis fil-Unified Doubles Jacob Galea u Samuel Borg għelbu lill- koppja mill-Awstrija 3-0. L-istess koppja tilfu bl-istess skor kontra l-Ġermanja. Christell Borg u Anthea Cutajar għelbu lill-Awstrija 3-0.

Fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq fil-breast stroke fuq distanza ta’ 50 metru Alexia Wetz kisbet il-midalja tal-fidda filwaqt li fuq l-istess distanza Leanne Seguna rebħet il-midalja tad-deheb.