Lokali

Fl-ewwel kwart tas-sena ħargu 609 permessi għal bini

Fuq perijodu ta’ sena, il-permessi għal residenzi ġodda żdiedu bi kważi 60 fil-mija.

Dan kien konfermat minn ċifri tal-NSO …illi juru kif fl-ewwel kwart tal-2022 ħarġu 609 permessi ta’ bini. Dawn huma ekwivalenti għal aktar minn 3,200 unit residenzjali, u li huma żieda qawwija meta mqabbel mal-ewwel kwart tal-2021.

Meta wieħed imur lura saħansitra sal-bidu tal-2020, joħroġ ċar li l-aħħar tliet xhur kienu rekord kemm f’termini ta’ permessi li nħarġu…u anke l-ammont ta’ appartamenti u djar marbuta ma’ dawn l-istess permessi.

Mill-permessi li inhargu, dejjem skont l-NSO, 71% huma ghal blokok ta’ appartamenti. Dan filwaqt li l-akbar numru ta’ units godda kienu fil-lokalità tan-Naxxar – b’kollox 235.

Skont l-NSO, ma kull permess li jinħareġ mill-Awtorità tal-Ippjanar ikunu qed jinbnew bejn ħamsa u sitt units residenzjali – hafna minnhom appartamenti jew penthouses.

Fil-fatt, bejn Jannar u Marzu ġew approvati permessi għal 2,284 appartament, 468 penthouse, 330 maisonette, u 92 dar.

Anke f’Ghawdex kien hemm zieda konsiderevoli ta’ permessi ta’ bini, fejn fl-ewwel 3 xhur ta’ din is-sena hargu l-permessi ghal 559 unit residenzjali…hafna minnhom fiz-Zebbug Ghawdex.

Apparti n-Naxxar u ż-Żebbuġ, il-permessi huma l-aktar iffukati f’lokalitajiet bħal San Pawl il-Baħar, il-Fgura, is-Swieqi, il-Mosta, il-Gżira, Ħ’Attard u Marsaxlokk.