Lokali Qorti

“Hillman wettaq frodi ta’ €1.4 miljun” Jitlob varjazzoni fl-ammonti ffriżati

L-ammonti ta’ frodi li wettaq Adrian Hillman huwa ta’ €1.4 miljun u li dawn ġew minn sorsi differenti bl-akbar ammont ikun ta’ ftit aktar minn miljun ewro ġejjin minn reati kriminali għal xiri ta’ magni għall-progress press. Dan ħareġ mix-xhieda tal-Ispettur Joseph Scerri meta kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Adrian Hillman ta’ 52 sena quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.

Lejn tmiem il-kumpilazzjoni l-Avukat Stefano Filletti filwaqt li qed ikompli jisħaq li l-klijent tiegħu huwa nnoċenti qal li kif inhi magħmulha l-liġi, din hija waħda diskriminatorja, għaliex mhux sew li jiġu ffriżati l-assi kollha, anke dawn mhux prevenjenti mill-allegat frodi.

Għaldaqstant huwa kien qed jitlob varjazzjoni fl-ammonti ffriżati. F’deduta li damet għaddejja aktar madwar siegħa u nofs u li Adrian Hillman, kien qed isegwi l-kawża online, l-ex direttur maniġerjali ta’ Allied Newspapers li tippubblika Times of Malta, jinsab għaddej proċeduri fost oħrajn fuq reati finanzjarji, fosthom ħasil ta’ flus.

Huwa kien il-Qorti tressaq il-Qorti ftit aktar minn sena ilu wara li kien ġie estradit minn Londra. Qed jiġi akkużat b’ħasil ta’ flus bejn l-2005 u l-2019, li assoċja ruħu ma’ oħrajn biex jagħmel reat, li għamel qligħ b’qerq għad-dannu tal-Progress Press Company Limited u l-Malta Enterprise, li ppreżenta dokumenti foloz lid-Dipartiment tad-Dwana, Malta Enterprise u l-Bank of Valletta u b’tixħim.  

F’ seduti preċedneti fil-Qorti diġa ħareġ li mill-inkjesta li għamlet il-Maġistrat Josette Demicoli kien irriżulta li Hillman kien implikat f’reati b’rabta ma’ xiri ta’ magni għall-istamperija tat-Times meta kien jokkupa l-kariga ta’ direttur maniġerjali. Fl-2008,

Allegatament Hillman kien irċieva €650,000 mill-ex chief of stfaff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri b’rabta max-xiri tal-magni l-ġodda tal-istamperija tat-Times. Min-naħa tagħha, il-Prosekuzzjoni permess tal-Ispettur Joseph Scerri kkonfermat l-akkużi fil-kontront tal-kumpaniji tiegħu Network Overseas Ltd u Lester Holdings Ltd, b’ta’ l-ewwel isir trasferiment ta’ €240,000 fil-kont li kellu f’Ċipru, u €110,000 fil-kumpanija l-oħra.. Is-somma ta’ €10,000 oħra kienu saru f’konsulenzi tramitè l-Bank Pilatus.

Ix-xhud qal ukoll li Hillman irxiebva ftit aktar minn miljun ewro fi flejjes li ġejjin minn reart kirimali meta nxtraw il-magni għall Progress Press Limited fejn kienu ngħataw grants mill-Malta Enterprise. L-Avukat Stefano Filletti, qal li huwa minnu li l-liġi dwar l-iffriżar tal-assi hija dik li hi, imma din hija waħda diskriminatorja u talab lill-Qorti biex tieħu dawk il-meżżi possibbli fuq l-ammonti ffriżati, anke jekk sa ċertu punt għandha jdejhha marbuta.

Filletii qal li l-ordni tal-iffriżar innifisha mhux qed tkun kontestata, iżda dan huwa każ fejn il-prosekuzzjoni tiddetta hi f’dak li għandu x’jaqsam mal-flus maqbuda, u mhux sew li anke flus li Hillman qed jaqla’ fil-preżent u wara li tressaq il-Qorti peress li sab impieg, jew adirittura jekk wiret xi ħaġa mingħand tal-familja, dawn il-flus jispiċċaw ukoll ffriżati.

Filletti qal li bid-differenza ta’ kawżi oħra, f’dan il-każ hemm l-ammonti ta’ kemm allegatament ġew iffrodati flus u xorta hemm kwantum ta’ €2.5 mijun fuq assi ffriżati. L-Avukat Antoine Agius Bonnici li qed jirrappreżenta l-AĠ qal li l-liġi titkellem ċar u b’mod speċifiku li l-flejjes kollha jridu jiġu ffriżati u dawn jistgħu jinħallu biss mill-iffriżar f’każ ta’ bżonn ta’ kura tas-saħħa u xi ħlasijiet li bilfors iridu jsiru.

L-Avukat Filletti kkritika wkoll is-sistema ta’ ħlas ta’ €13,000 fis-sena biex tkun tista’ tgħix hija waħda assurda għaż-żminijiet tal-lum. L-ewwel xhud fil-kumpilazzjoni kienet l-Avukat Yanika Woods li taħadem ma’ Global Information Consultancy Group u li qabel kienet taħdem mal-Malta Enterprise, fejn damet hemm mill-2013 sa Diċembru tal-2015.

Mistoqsija mill-prosekuzzjoni dwar grant li applikat għalija Progress Press, u jekk tafx xi ħaġa dwarha, qalet li hi kienet tieħu ħsieb biss il-minuti tal-laqgħat, u talbiex bħal dawn kien ikun hemm madwar 15 fix-xahar. Woods qalet li ma kellhiex x’taqsaam mal-proġetti. Kienet tattendi għall Bord Meetings darba fix-xahar u kellhiex x’tasqsam mal-applikazzjonijiet. Qalet li hawn qed nitkellmu fuq applikazzjoni ta’ aktar minn seba’ snin ilu.

Qalet ukoll li kull applikazzjoni kienet tgaħddi mill-Bord li jiddeċiddi hu.   Anke l-kumpaniji ta’ Hillman, Network Overseas Limited u Lester Holdings Group Limited qed ikunu akkużati b’ħasil ta’ flus. Qed jiġu akkużati wkoll li kkonvertew jew trasferixxew proprjetà li nkisbet mnn attività kriminali. Il-kumpilazzjoni mistennija tkompli fil-21 ta’ Ġunju li ġej.