Lokali Parlament

Il-Gvern jibqa’ ma’ jwettaqx ir-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal fil-parlament li l-Gvern jibqa’ ma’ jwettaqx ir-rakkomandazzjonijiet tal-inkesta dar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Karol Aquilina rrifera għad-diskors tal-President tar-Repubblika fil-bidu ta’ din il-leġiżlatura u qal li hemm biss żewġ paragrafi qosra li jitkellmu fuq il-ġustizzja u s-saltna tad-dritt fil-pajjiż li huma biss stqarrijiet li tant ilhom jintqalu li ma saru jfissru xejn.

Dan meta s-sistema tal-ġustizzja fil-pajjiż għadha bżonn riforma mill-qigħ għaliex hawn wisq nies li spiċċaw vittmi ta’ din is-sistema għal din issa saret piż minflok sistema li tgħin lill-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li s-sistema jeħtieġ riforma serja u memdjata fil-ġustizzja. Hu tkellem dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, erba’ snin u seba’ xhur ilu u sostna li dan il-qtil ixxokkja pajjiż tant li kien hawn tensjoni kbira fil-pajjiż.

Karol Aquilina kompla li l-familja ta’ Daphne bdiet battalja għall-pajjiż; mument li biddel il-mixja tal-pajjiż, li għadu ma tgħallimx. F’Lulju li għadda ġiet fi tmieha l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Caruana Galzija; liema inkjesta kienet aċċettata minn kulħadd.

Il-gvern wiegħed li se jwetatq dak li qalu t-tliet imħallfin iżda s’issa l-gvern am wettaq l-ebda rakkomandazzjoni proposta mit-tiet imallfin fl-inkjesta li stabbilew li l-gvern Laburita wassal għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galiiza. Issa l-Gvern qed joqtlha għat-tieni darba billi jipprova joqtol il-memorja tagħha.

Id-deputat Nazjzonalista staqsa għaliex il-gvern għadu ma implimenatx ir-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne. Min qed jikkontrolla lill-gvern biex ma jwettaq dawn ir-rakkomandazzjonijiet? Lil min qed jiddefendi l-Gvern? Il-Gvern anki vvota kontra l-abbozz ta’ liġi dwar il-governanza mressqa mill-Oppożizzjoni, sostna Karol Aquilina.