Lokali Parlament

Il-Parlament ifakkar lil John Rizzo Naudi

Il-parlament Malti sellem il-memorja tal-ex-deputat Nazzjonalista John Rizzo Naudi li serva bħala segretarju parlamentari responsabbli mis-settur tal-anzjani.

F’din it-tifkira tkellem id-deputat Prim Ministru Chris Fearne, l-Ispeaker Anġlu Farrugia u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.

John Rizzo Naudi serva f’ħames leġiżlazzjonijiet u miet fl-età ta’ 96 sena. Hu kien elett l-ewwel darba mal-PN fl-elezzjoni ġenerali tal-1976 biex fl-elezzjoni ġenerali tal-1987 hu kien elett u maħtur Segretarju Parlamentari għall-Anzjani. Bejn l-1992 u l-1995 hu kien responsabbli mis-settur tal-politika soċjali fi żmien gvern Nazzjonalista. John Rizzo Naudi temm il-ħajja pubblika tiegħu fil-politika f’Novembru 1995.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech Grech qal li John Rizzo Naudi kellu viżjoni għas-settur tal-anzjani u kien strumentali fs-settur tal-infermiera. Il-kisbiet li saru fi żmienu fis-settur tal-anzjani għadhom rilevanti u jitgawdew llum, qal il-Kap tal-PN, li kompla li d-determinazzjoni ta’ Rizzo Naudi wasslet biex hu ħalla marka fis-soċjetà Malta.

F’dawn l-interventi parlamentari mill-Ispeaker, mill-Gvern u mill-Oppożizzjoni John Rizzo Naudi kien deskritt bħala ġentlom u persuna li dejjem fittex il-qbil fil-politika.