Lokali Parlament

Il-politiċi għandhom responsabbiltà biex ma tintilifx il-fiduċja

Adrian Delia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia enfażizza l-importanza li l-politiċi jwettqu r-responsabbiltà tagħhom biex ma tintilifx il-fidċja fil-politika u fil-pajjiż.

Fil-parlament Adrian Delia qal li fil-gwerra li r-Russja qe dtwettaq fuq l-Ukrajina m’hemmx rispett tal-liġijiet dwar il-gwerra anzi qed iseħħu krimini l-gwerra.

In-newtralità ta’ Malta m’għandhiex x’taqsam ma’ din is-sitwazzjoni; anzi għalhekk Malta għandha obbligu li tikkundanna dak li kundannabbli għaliex qed isiru krimini tal-gwerra l-aktar fuq dawk vulnerabbli.

Hu sostna li l-President tkellem ukoll dwar l-ambjent u kompla li tliet snin ilu l-parlament Malti iddikjara emerġenza tal-klima iżda l-lum l-parlament qed jaħdem qisu m’hemm l-ebda emerġenza tal-klima.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern mhux jieħu miżuri ta’ emerġenza u sostna li fil-pajjiż wieħed minn kull ħamsa ma vvutax fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet.

Dan hu messaġġ qawwi li juri li dawn in-nies m’għandhomx fiduċja fil-politiċi, sostna Adrian Delia, li kompla li fl-istess waqt Malta għandha l-akbar parlament fl-istorja Maltija u proporzjonalment fl-Ewropa. Il-politiċi għadhom obbligu li jrrappreżentaw il dawk li fis-skiet ma vvutawx.

Adrian Delia semma’ l-vot liż-żgħażagħ ta’16-il sena iżda hemm 70% li mhux biss ma marrux jivvutaw iżda jridu jitilqu l-pajjiż. Dawn qed jaqtgħu qalbhom mill-politika; il-poltiċi għandhom responsabbiltà li jgiħu lil dawn iż-żgħażagħ biex ma jaqtgħux qalbhom.

Il-pajjiż għandu l-inqas rata ta’ effiċjenza minkejja li hawn l-akbar numru ta’ ħaddiema; l-akbar ammont ta’ regoli iżda l-inqas ammont ta’ serħan il-moħħ tan-negozji.

Fil-pajjiż hawn l-akbar ammont ta’ barranin iżda l-akbar problemi ta’ reklutaġġ, hawn l-akbar ammont ta’ nies li jridu jieklu iżda l-akbar ammont ta’ bdiewa li qed jispiċċaw u l-akbar kuntratt fis-settur tas-saħħa u l-akbar riżultat.

Il-pajjiż għandu bżonn turisti ta’ kwalità u mobilità aħjar; jeħtieġ inqas politiċi u iktar liġijiet effettivi flimkien ma inqas mibgħeda u iktar kompassjoni.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-pajjiż għandu bżonn inqas bini u iktar ħdura; inqas partiti u iktar ċittadini.