Jerome Caruana Cilia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia qal fil-parlament li f’diversi setturi l-politika Maltija jeħtieġilha nifs ġdid.
Jerome Caruana Cilia qal li bħala deputat se jaħdem favur il-ħaddiem u favur iż-żgħir u jkun leħen għal min hu leħen. Hu qal li se jaħdem favur il-vulnerabbli u għal dawk li huma abbandunati minn kulħadd.
Il-fondi pubbliċi għandhom jintuża bla tberbieq; jeħtieġ informazzjoni dar l-eżerċizzju ta’ kontroll ta’ flus pubbliċi. Il-gvern għandu jibqa’ billi jnaqqas it-tberbieq lil dawk magħżulin u li qed jitħallsu għexieren ta’ eluf fis-sena.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-kuntatt man-nies u qal li l-inflazzjoni qed tolqot lil kulħadd, partikolarment liż-żgħir li mhux ilaħħaq mal-ħajja.
Fil-pajjiz hawn 8% fil-ħaddiema li jinsab fil-faqar; jeħtieġ l l-prekarjat jinqered u l-ħaddiema jingħataw id-dinjità. Il-gvern għandu jrażżan l-għoli tal-ħajja għaliex hawn min qed jiċċaħħad anki minn mediċini, fosthom il-pensjonanti.
Il-gvern għandu joħloq xogħol ta’ kwalità u mhux xogħol prekrarju. Il-gvern għandu joħloq ukoll setturi ekonomiċi ġodda kif għamel gvern Nazzjonalista li ħoloq numru kbir ta’ setturi ġodda. Il-PN se jibqa’ jinsisti għal setturi ġodda fl-ekonomija Maltija biex l-ekonomija timxi fuq il-vlauri u fuq il-kwalità.
Jerome Caruana Cilia tkellem dwar is-sistema ta’ tassazzjoni u sostna li l-gvern għadu ma kkonsultax mal-Oppożizzjoni dwar dan. Hu sostna lil-PN qed joħroġ l-id tal-ħbiberija u qal li l-Oppożizzjoni se tkompli tiltaqa’ mal-partijiet kollha involuti għaliex l-interess nazzjonali jibqa’ l-ewwel.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-poplu jista’ jdawwar l-isfidi f’opportunitajiet biex jinġiebu l-aħajr opportunitajiet. Hu qal li fil-politika trid titwarrab il-korruzzjoni u l-qerq; jeħtieġ nofs ġdid biex tirrenja l-meritokrazija u biex iż-żgħażagħ jimxu ‘l quddiem waqt li l-ambjent ikun salvagwardjat. Malta trid ittejjeb ir-reputazzjoni; għalhekk jeħtieġ nifs ġdid fil-politika, sostna Caruana Cilia.
//= $special ?>