Lokali Parlament

Is-servizzi tal-IVF huma prijorità għall-PN

Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal fil-parlament li s-servizzi tal-IVF huma prijorità għall-PN.

Stephen Spiteri qal li fil-pajjiz qed tiker l-isfida tal-problemi ta’ saħħa mentali f’kull kategorija tas-soċjetà. Għalhekk din għandha tkun elevata fil-livell ta’ speċjalizzazzjonijiet oħra fis-settur tal-mediċina; jeħtieġ sptar ġdida akut viċin Mater Dei biex ikun xieraq quddiem dawn il-kundizzjonijiet.

Hu qal li jeħtieġ li tibda l-infrastruttura biex dan il-proġett jitwettaq b’mod urġenti. Dwar il-mediċini li jingħataw, hu qal li ma jista xikun li min jaffordja jista’ jixtri l-mediċini u dawk li ma jaffordjawx jibqgħu biss fuq il-mediċini tal-formalarju tal-gvern. Din hi sitwazzjoni mhux aċċettabbli għaliex kulħadd għandu jkollu l-fakutà li jfieq.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar is-saħħa mentali fil-postijiet tax-xogħol u qal li l-viżjoni trid tinfetaħ fil-mod kif il-ħaddiema jkunu effettwati minħabba l-kundizzjonijiet, id-drittijiet u l-konswegwenzi li qed jeffettwahom. Jeħtieġ prijorità għall-edukazzjoni fl-iskejjel biex il-problemi jiqnabdu fil-bidu.

Hu tkellem dwar il-kura tal-kanċer u qal li dawn il-pazjenti għandhom ikunu trattati b’dinjità; kemm huma kif ukoll il-familjari. Ma jistax ikun li l-formoalrju jkun limitat u min jaffordjax jispiċċa jmur għand l-għaqdiet volontarji.

Għandhom isiru wkoll arranġamenti bilaterali ma’ pajjiżi barranin li għandhom faċilitajiet aqwa minn ta’ Malta biex il-pazjenti Maltin jkollhom ċansijiet ikbar. Jeħtieġ isiru passi dwar is-saħħa sesswali għaliex il-mard relatat mas-saħħa sesswali qed jiżdied.

Stephen Spiteri tkellem dwar l-IVF u qal li għall-PN, din hi prijorità. Għalhekk għandhom isiru emendi biex dan is-servizz ikun offrut; jeħtieġ jiżdied l-apparat teknoloġiku flimkien mal-professjonisti biex it-tama u ċ-ċansijiet jiżdiedu.

Ejja nkunu serji u naħrsu l-ajja mill-bidu ta’ dan il-proċess; m’għandhomx isiru kompressi mal-ħajja, sostna Stephen Spteri, li enfażizza l-importanza tal-krua għall-anzjani. Jeħtieġ investiment quddiem id-diabete b’żieda fir-riżorsi umani għaliex dan qed iwassal għal nuqqas ta’ serizz ta’ kwalità.