Lokali

Mhux rakkomandat li jsir għawm fi triq Wilġa f’San Ġiljan

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li minħabba l-preżenza ta’ kontaminazzjoni mikrobijoloġika li affettwat il-kwalità tal-ilma tajjeb għall-għawm, u li tippreżenta  riskju għas-saħħa  tal-għawwiema fi Triq Wilġa, San Ġiljan, bħala prekawzjoni u sakemm jitneħħa l-inkonvenjent, mhux rakkomandat li jsir għawm f’din iż-żona. L-investigazzjonijiet mill-uffiċjali tal-istess direttorat rigward din il-problema għadhom għaddejjin.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mis-7:30 ta’ filgħodu sat-3:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mtwrau.ehd@gov.mt u complaints.ehd@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.