Is-Serbjan Novak Djokovic rebaħ l-ewwel unur ta’ din is-sena meta rebaħ l-Open tal-Italja. Djokovic għeleb lil Stefanos Tsitsipas 6-0 7-6, bs-Serb jirnexxielu jiġi lura minn 4-1 minn taħt. Djokovic se jkun fost il-favoriti li jirbaħ il-21 Grand Slam tiegħu fir-Roland Garros, li se jibda nhar il-Ħadd. Wara bidu xejn sabiħ għas-sena 2022, fejn kien diportat mill-Awstralja għax ma kienx vaċċinat kontra l-Covid-19, Djokovic se jkun qed jittama li jerġa jsib il-forma.
Bir-rebħa fuq Tsitsipas, Djokovic rebaħ it-38 titlu tieħu tal-Masters, fejn rebaħ dan it-titlu mingħajr ma tilef l-ebda sett. B’Nadal dubjuż jekk hux se jkun qed jipparteċipa fir-Roland Garros minħabba injury, l-aqwa kompetitur li se jkollu Djokovic se jkun Carlos Alcaraz li tela’ fis-sittt post tar-rankings b’rebħiet f’Madrid u f’Barelona.
//= $special ?>