Lokali Parlament

Pajjiż bi sfidi ekonomiċi kbar

Ivan J.Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo qal fil-parlament li f’dan il-mument, l-ekonomija Maltija għandha sfidi kbar.

Fl-Aġġornament tal-parlament Ivan J. Bartolo qal li l-pajjiż għandu opportunità fejn il-poplu qed jifhem li l-pajjiż għandu quddiemu sfidi serji minkejja li l-ekonomija b’saħħitha. Hu qal li l-pajjiż jeħtieġ direzzjoni ġdida; l-ewwel fil-politika u fir-rispett bejn il-politiċi.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern għandu ċ-ċavetta f’idejh u jekk veru jrid idaħħal kultura ġdida fil-pajjiż għandu jinsisti biex ikun kollaborazzjoni fil-ħidma parlamentari u politiċi.

Il-gvern irid jassigura li fil-PBS jkun hemm bilanċ u li l-abbozzi dwar il-governanza mressqa mill-Oppożizzjoni jitressqu. Malta teħtieġ li fil-parlament ikollha nies li jaħdmu flimkien skont l-esperjenzi li għandu. Hu semma’ l-isfida tal-FATF u qal li jalla li f’Ġunju Malta toħroġ mil-lista.

Hemm sfidi fil-banek kif qal il-Kamra tn-Negozji Żgħar, sostna Ivan J. Bartolo, li kompla li jeħteġ ikun bidla fil-kultura.

Hemm ukolll-impatt tal-pandemija li kellha impatt fuq l-ekonomija flimkien mad-deficit tal-gvern li llum hu l-ogħla. Dan għandu jkun kontrollat, sostna id-deputat Nazzjonalista, li qal li n-negozji qed jintalbu l-VAT li kienet differita.

Dwar il-gwerra fl-Urkajina, hu qal li din effetwat l-għoli tal-ħajja u sostna li f’Mejju dan żdied b’€100 fix-xahar għal famija ta’ erba’ persuni.

Hu semma’ t-taxxa komunti ta’ 15% u appella biex jinstabu s-soluzzjonijiet beix Malta tibqa attraenti. Dwar id-diskors ta’ Zelensky fil-parlament Malti, hu qal li l-gvern għandu jagħlaq din l-iskema għalkemm din se ġġib ħofra. Jeħtieġ li l-gvern jisma’ l-proposti tal-Kamra tal-Kummerċ biex jinħolqu industriji ġodda u impjiegi li jħallsu pagi tajbin.