Daqqa ta’ ħarta għal Arsenal fit-taqtigħa tagħhom għall-post fiċ-Champions League meta kienu megħluba minn Newcastle bl-iskor ta’ 2-0. B’hekk Arsenal baqgħu fil-ħames post ħewġ punti wara Tottenham fir-raba’ post. Fl-aħħar ġurnata Arsenal iridu rebħa u żelqa minn Tottenham biex ikollhom xaqq ta’ dawl li jagħmluha mal-ewwel erba’. Newcastle kienu t-tim li ddomina il-partita bid-difiża ta’ Arsenal issibha diffiċli biex trażżan lill-attakkanti Calum Wilson u Allan Saint Maximin. Newcastle marru fil-vantaġġ fil-56 minuta meta minn cross ta’ Jeolinton kien Ben White li tefa’ fil-lasta tiegħu stess għal 1-0. Newcastle għalqu l-partita fil-85 minuta meta minn azzjoni ta’ Calum Wilson kien Bruno Guimaraes li xeħet wara Ramsdale għal 2-0.
//= $special ?>