Lokali

Tingħata l-aħħar tislima lil Joseph Ellul

Illum fil-Knisja tal-Madonna ta’ Pompei f’Marsaxlokk, ingħatat l-aħħar tislima lil Joseph Ellul li l-ġimgħa li għaddiet sfortunatmanet tilef ħajtu waqt li kien qed jahdem f’impjant tal-Wasteserv.

Ellul li kellu 38 sena tilef ħajtu f’inċident sfortunat li seħħ fl-inċineratur tal-Marsa nhar it-Tlieta li għadda.

Fl-omelija tiegħu, Fr Luke Seguna tkellem dwar il-qalb tajba li kellu Joseph Ellul, u qal li l-qalb ta’ kulħadd għandha tixbah lil dik tieghu. Hu saħaq li mat-tħabbira tal-mewt tiegħu waqgħet dalma sħiħa fuq Marsaxokk … għaliex Ellul kien maħbub minn kulħadd.

B’rispett lejn Joseph Ellul, il-kumpanija WasteServ, waranofsinhar għalqet il-faċilitajiet kollha tagħha inkluż iċ-Ċentri għall-Iskart Goff, f’Malta u Għawdex kif ukoll l-inċineratur fil-Marsa bejn is-1.30pm u s-6.30pm.