Sport Sport Ieħor Waterpolo

Tintlagħab partita waterpolo b’turija ta’ kif titwettaq l-inklużjoni fl-isport

Fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq sorpriża għal dawk preżenti fejn għall-ewwel darba fl-istorja ta’ Special Olympics intlgħabet partita wateropolo b’turija kif l-inklużjoni fl-isport tista’ titwettaq. Fl-azzjoni timijiet bi plejers b’atleti b’diżabilita’ intellettwali jew le. It-tim Malti għeleb lil selezzjoni ta’ plejers minn bosta pajjiżi bl-iskor ta’ 10 – 4 . Partita li permezz tagħha Special Olympics Malta kienu eżempju kif bit-twettieq tal-inklużjoni jintlaħaq l-għan ta’ Special Olympics fis-socjeta’.