Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovritendenza tas-Saħħa Pubblika ħareġ twissija lill-pubbliku dwar żona tal-għawm qrib Triq Wilġa f’San Ġiljan.
Fi stqarrija, id-Direttorat qal li mhux irrakkomandat li jsir għawm f’din iż-żona minħabbba li nstab kontaminazzjoni mikrobijoloġika li affettwat il-kwalità tal-ilma tajjeb għall-għawm, u li tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema.
Id-Direttorat qal li l-investigazzjonijiet mill-uffiċjali tal-istess direttorat rigward dan għadhom għaddejjin.
//= $special ?>