Lokali Qorti

“Cleaner” mixlija bi frodi ta’ €300,000 b’rabta ma’ djar tal-Gvern

Cleaner Self-Employed inżammet taħt arrest preventiv wara li ġiet mixlija li ħadet total ta’ madwar €300,000 mingħand tal-inqas 27 persuna bi skambju għal proprjetajiet ta’ djar tal-gvern bi prezz imraħħas li qatt ma mmaterjalizzaw. L-Ispetturi tal-Pulizija Shawn Friggieri u Ritienne Gauci rressqet il-Qorti lil Sarah Ann Gatt ta’ 42 sena minn Santa Venera quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli. li wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontrija li jinkludu frodi, misapproprjazzjoni, falsifikazzjoni ta’ dokumenti pubbliċi u privati, ksur tal-kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża u reċidiva.

L-akkużi rreferew għal reati li bdew fl-2018 u komplew sa dan ix-xahar. L-Ispettur Friggieri, li qal lill-Qorti li kien assenjat għall-każ ftit aktar minn xahar ilu, spjega kif id-Dipartiment tad-Djar kien informa lill-pulizija wara li rċieva numru ta’ ilmenti simili dwar proprjetà li suppost inbniet iżda ma kinitx immaterjalizza. .

Qal li l-vittmi qalu lill-pulizija li ġew avviċinati minn żewġ persuni b’offerta li jbigħuhom stock ta’ djar tal-gvern bi prezz imnaqqas. “Qed nitkellmu fuq blokka ta’ ħames appartamenti għal €200,000.” Għadd ta’ messaġġi, li l-ispettur qal li kienu allegatament ġejjin mill-Awtorità tad-Djar, intbagħtu lill-vittmi.

Il-pulizija ntraċċaw il-messaġġi minn wieħed min-numri tal-mara. Persuni kienu jiġbru ħlasijiet, apparentement biex jassiguraw proprjetajiet mill-Awtorità tad-Djar, iżda mbagħad jisparixxu bil-flus. Waqt tfittxija fir-residenza ta’ Gauci, il-pulizija kienet skopriet diversi letterheads uffiċjali vojta u envelops tal-gvern, qal l-Ispettur.

L-investigazzjoni tat-talbiet, oriġinarjament kienet tittratta erba’ vittmi, iżda hekk kif l-investigazzjoni mxiet ‘il quddiem, in-numru malajr żdied għal 24, li qabeż il-€260,000 f’valur ingħad lill-Qorti. Il-Pulizija kienet identifikat tliet nisa bħala suspettati, waħda minnhom tkun l-akkużata.

Huwa qal li ż-żewġ persuni l-oħra kienu mifhuma li għadhom qed joperaw. Fid-dawl tat-tweġiba mhux ħatja, l-avukat Franco Debono talab il-ħelsien mill-arrest. Dan kien oġġezzjonat bil-qawwa kollha mill-prosekuzzjoni minħabba biża’ li Gatt tbagħbas l-evidenza.

“Għandna numru kbir ta’ vittmi ffrodati minn din il-mara li jridu jixhdu. Hemm ir-riskju li tista’ tavviċinahom,” qalet il-prosekutur mill-uffiċċju tal-AĠ Andrea Zammit. Kien hemm ukoll riskju għall-investigazzjoni tal-pulizija fuq terzi persuni, huwa żied jgħid. Il-mara kienet instabet ħatja ta’ reati simili ta’ frodi fil-passat, qal ukoll Zammit u kienet kisret it-termini ta’ sentenza sospiża, minbarra li kienet reċidiva.

Debono fakkar fil-Qorti li l-akkużata hija preżunta nnoċenti f’dan l-istadju. “Nifhem li l-prosekuzzjoni ppreservat l-evidenza sa issa…Jekk qed ngħidu li r-reati jmorru lura għall-2018, kien hemm ħafna opportunitajiet biex hija tbagħbas l-evidenza jew tavviċina lix-xhieda. Il-biża’ ma bdietx illum.”

L-Avukat Zammit qal lill-Qorti li ma kienx ġust min-naħa tad-difiża li tressaq dan l-argument: “Filwaqt li kien minnu li l-pulizija kellha l-opportunità li tintervista diversi vittmi, il-pulizija kienet għadha qed tiskopri vittmi ġodda.” F’dan il-każ ma kienx hemm inkjesta maġisterjali u għalhekk li kien hemm riskju li l-akkużata tista’ tipprova tinfluwenza lix-xhieda, żied jgħid.

“Ma kien hemm ebda inkjesta,” tenna Debono. “Dan huwa l-qofol ta’ kollox… il-liġi diġà tispeċifika ħafna. Meta ssir inkjesta, ix-xhieda li nstemgħu hemm lanqas suppost jixhdu fil-kumpilazzjoni tax-xhieda. Għajjejt um imradt u nisma’ kummenti bħal dawn,” sostna l-Avukat Franco Debono.

“Allura qabel ma nibdew nippruvaw inutlilment nbiddlu l-kumpilazzjoni tal-evidenza, nafu jew ma nafux li diġà hemm perjodu ta’ żmien strett? Il-kumpilazzjoni, jiġifieri l-ġbir tal-provi suppost jiġu jingħalqu f’perjodu ta’ xahar.” Il-klijent tagħna m’għandhiex tkun ippreġudikata mill-fatt li ma saret l-ebda inkjesta, filwaqt li l-provi ma ġewx ippreservati kif suppost mingħajr ħtija tal-akkużat”, saħaq l-Avukat Debono.

Il-Qorti, iżda, irrifjutat il-ħelsien mill-arrest u ordnat li l-mara tinżamm taħt arrest minħabba r-riskju li tipprova tinfluwenza, tfixkel jew tikkontamina x-xhieda, u ħeġġet lill-prosekuzzjoni biex issejjaħ lix-xhieda tagħha mingħajr dewmien. Intlaqgħet ukoll talba għal ordni ta’ ffriżar. Dr. Debono qal lill-Qorti li kien ilu jinsisti għal dawn l-aħħar 10 snin li x-xhieda għandhom jitħarrku fl-ewwel seduta fil-kawżi kollha, u mhux biss meta l-imputat ikun turist li jkun se jħalli l-gżejjer.